Ir-Rebbieħa

U hawn huma – mir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Polonja u l-Portugall – is-seba’ timijiet rebbieħa tal-kompetizzjoni tar-ritratti “L-Euro: Xi tfisser għalina?” organizzata mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn is-seba’ rebbieħa ġew mistednin għall-Forum Ekonomiku ta’ Brussell prestiġjuż fil-25 ta’ Mejju sabiex jirċievu ċ-ċertifikati ta’ rebħ tagħhom – kull membru tat-tim rebaħ ukoll Pen Drive professional graphic tablet favoluża wkoll.

Madankollu, jista’ jkun hemm rebbieħ wieħed biss ovvjament, u meta tara l-kwalità fotografika u artistika tas-seba’ finalisti tista’ tapprezza x’deċiżjoni diffiċli kellha l-ġurija fl-għażla tagħha. Iżda ntgħażel rebbieħ – u r-rebbieħ globali tal-kompetizzjoni tar-ritratti huwa “Os matadors” mill-Portugall.

Ir-ritratt rebbieħ tal-Os matadors, li għalih kull membru tat-tim rebaħ ukoll Kamera tar-RitrattiNikon D3000 Digital SLR, wera taħlita ta’ ħila fotografika u sofistikazzjoni artistika, u rnexxielu jiġbed mhux biss l-għajn tal-ġurati iżda wkoll il-punti ewlenin u l-importanza tal-euro għall-Ewropa. Mela ejjew ngħaqqdu jdejna, inserrħu dahrna lura u napprezzaw ir-ritratt rebbieħ, u x-xogħlijiet rebbieħa tas-sitt finalisti l-oħrajn, u ovvjament ejjew ma ninsewx l-20 l-oħra li ġew fit-tieni post ... Bravi kollha kemm huma!!

  • Ir-Rebbieħa
  • il-Portugall
  • il-Portugall

 

Is-7 timijiet rebbieħa tal-UE