Stqarrija dwar il-privatezza tal-kompetizzjoni
1. Għala l-Kummissjoni Ewropea qed torganizza kompetizzjoni fotografika dwar l-ewro u l-EMU?
Id-dħul tal-ewro fl-1999 kien pass ewlieni fl-integrazzjoni Ewropea. Kien ukoll wieħed mis-suċċessi l-aktar notevoli: madwar 329 miljun ċittadin tal-UE issa jużawh bħala l-munita tagħhom u jgawdu l-benefiċċji tiegħu, li jinfirxu aktar hekk kif aktar pajjiżi tal-UE jadottaw l-ewro. L-għan tal-kompetizzjoni fotografika intitolata ‘L-ewro: Xi tfisser għalik?’ huwa li jkabbar l-għarfien dwar l-ewro u l-EMU fost iż-żgħażagħ u biex jipprovdi sostenn pedagoġiku lill-għalliema. Il-kompetizzjoni hija organizzata fi ħdan l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
2. X’dejta personali tiġbor l-Unjoni Ewropea, għal-liema skop u b’liema mezzi tekniċi?
Dejta Personali
Permezz tal-formoli ta’ reġistrazzjoni u dħul, il-Kummissjoni Ewropea tiġbor għal kull tim parteċipattiv:
- l-ismijiet tal-parteċipanti
- id-data tat-twelid tal-parteċipanti
- ir-rwol ta' kull parteċipant fil-proġett
- l-isem tal-persuna inkarigata mill-proġett
- il-funzjoni tal-persuna inkarigata (għalliem/a, mexxej/a tat-tim jew ġenitur).
- il-belt/raħal tal-persuna inkarigata
- il-pajjiż tat-tim
- in-numri tat-telefon tal-persuna inkarigata
- l-indirizz elettroniku tal-persuna inkarigata
- id-dettalji tal-iskola jew klabb taż-żgħażagħ
Id-dħul ta’ kull dejta huwa obbligatorju, għal raġunijiet spjegati hawn taħt.
Raġunijiet
L-għanijiet tal-formola tar-reġistrazzjoni huma:
- li jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea idea, ftit ġimgħat qabel it-tnedija tal-kompetizzjoni, tal-għadd ta’ persuni interessati fl-attività
- li jkunu identifikati dawk il-pajjiżi fejn l-interess jidher baxx u għalhekk hija meħtieġa promozzjoni aktar attiva
- li tkun kapaċi tiġi kkuntattjata direttament b’emejl il-persuna inkarigata mit-tim li wera interess fil-kompetizzjoni, bil-għan li jkunu inkorraġiti li jissottomettu ritratt
L-għanijiet tal-formola ta’ sottomissjoni huma:
- li jkunu identifikati l-parteċipanti finali
- li tkun kapaċi li tiġi ikkuntattjata urġentement il-persuna inkarigata, f’każ li t-tim jirbaħ il-premju (għalhekk il-ħtieġa tan-numri tat-telefown)
- f’dan il-każ, biex tkun kapaċi li torganizza l-vjaġġ għall-belt kapitali u possibbilment Brussell, kemm f’termini ta’ data kif ukoll tul ta' żmien
- biex ikun ippubblikat l-isem tat-tim, l-isem tal-persuna inkarigata mit-tim, l-isem tal-iskola jew klabb taż-żgħażagħ, il-belt u l-pajjiż tar-rebbieħa fuq il-website uffiċjali tal-kompetizzjoni.
Mezzi tekniċi
Id-dejta personali tinġabar permezz taż-żewġ formoli msemmija hawn fuq, li jinsabu fuq il-website.
Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha tkun sottomessa fuq din il-website. Ir-ritratt u l-formola ta’ sottomissjoni għandhom jiġu sottomessi b’e-mail, posta express jew express courier.
3. Min għandu aċċess għad-dejta tiegħek u lil min tiġi żvelata?
Uffiċjali jew aġenti nominati tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll impjegati nominati tal-kuntrattur għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni għandhom aċċess għad-dejta tiegħek. Id-dejta tiegħek ma tiġi żvelata lill-ħadd aktar, ħlief għall-ismijiet u d-dati tat-twelid li jiġu żvelati bil-permess tiegħek lill-kumpaniji tal-ivvjaġġar (linji tal-ajru, lukandi, eċċ.) f'każ li t-tim tiegħek jirbaħ premju.
4. Kif il-Kummissjoni Ewropea tipproteġi u tħares id-dejta tiegħek?
Id-dejta tiegħek tinħażen fid-databases tal-Kummissjoni Ewropea u l-kuntrattur tagħha, b’aċċess protett minn passwords u limitata biss għall-uffiċjali jew aġenti nominati tal-Kummissjoni, kif ukoll impjegati nominati tal-kuntrattur għall-organizzatur fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni.
5. Kif tista’ tivverifika, timmodifika jew tħassar id-dejta tiegħek?
Inti ma għandekx aċċess dirett għad-dejta personali tiegħek maħżuna fid-dejtabejżis. Jekk tixtieq timmodifika jew tħassar id-dejta tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ lill-emejl imsemmi taħt. Id-dejta tiegħek ser tkun immodifikata jew imħassra fi żmien ħamest ijiem.
6. Kemm indumu nżommu d-dejta tiegħek?
Id-dejta tiegħek titħassar mid-dejtabejżis kollha fi żmien sitt xhur mit-tmiem tal-kompetizzjoni (il-jum tal-premjazzjoni tal-UE).
7. Dejta ta’ kuntatt
Kummissjoni Ewropea
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Unità ta’ Komunikazzjoni Esterna
B-1049 Brussell Il-Belġju
emejl: ecfin-euroinphoto@ec-europa.eu
Is-Suġġetti tad-Dejta għandhom dritt li jirrikorru l-ħin kollu għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.’
