Regoli dwar il-kompetizzjoni
Artikolu 1:X’inhi t-tema tal-kompetizzjoni?
Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed jorganizza kompetizzjoni fotografika għal timijiet bl-isem ta’ 'L-ewro: X’ifisser għalina?’. Kull tim għandu jieħu u jissottometti ritratt oriġinali li juri l-viżjoni tat-tim tal-ewro. L-immaġni għandha tkun akkumpanjata minn kitba qasira ta’ spjega. Kull tim li jipparteċipa jrid jispjega fil-formola għall-preżentazzjoni tax-xogћol tiegħu għala ritratt speċifiku ntgħażel u x'inhi l-idea li jrid iwassal bir-ritratt tiegħu.
Il-koordinazzjoni tal-kompetizzjoni ser isir b’kooperazzjoni mal-kumpanija tal-immaniġġjar ta’ avvenimenti SOUND PUBLIC RELATION SRL taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Maniġerjali.
SOUND PUBLIC RELATION SRL
Via A Stradivari, 7
20131 Milan
ITALIA
Tel: 0 02 205695.26
Fax: 0 02 205695.20
Email: malta@euroinphoto.eu
Artikolu 2: Min jista’ jipparteċipa?
2.1. Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena, residenti fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjoni.
2.2. Din il-kompetizzjoni mhijiex miftuħa għall-familji tal-istaff tal-istituzzjonjiet tal-UE jew tal-konsorzju TiPiK.
Artikolu 3: Kif nista’ nipparteċipa fil-kompetizzjoni?
3.1 Il-parteċipanti huma mitluba li jifformaw timijiet ta’ mill-inqas żewġ jew sa massimu ta’ tliet żgħażagħ u persuna adulta li tkun responsabbli għat-tim matul il-proġett, inkluż li takkumpanjahom meta jivvjaġġaw għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni. Persuna adulta tista’ tissorvelja diversi timijiet.
3.2 Il-formola ta’ reġistrazzjoni għandha timtela’ u tiġi sottomessa onlajn. Huwa rrakkomandat li l-adulti li se josserveljaw jagħmlu dan mal-ewwel opportunità, sabiex huma jkunu jistgħu jirċievu kwalunkwe tagħrif ġdid dwar il-kompetizzjoni.
3.3. Ir-ritratt u l-formola għall-preżentazzjoni tax-xogћol għandhom jintbagħtu b’mod elettroniku, “SOUND PUBLIC RELATION SRL”, mhux aktar tard mill-Erbgħa, 31 ta’ Marzu, 2010. Inti rrakkomandat bil-qawwa li tibgħatha malajr kemm jista’ jkunu sabiex tiżgura li tasal fil-ħin. Għal sottomissjonijiet mibgħuta bil-posta, it-timbru postali jintuża bħala prova li r-ritratt ikun intbagħat fil-ħin.
Il-parteċipanti għandhom iżommu kopja tad-dokumenti li jibagħtu.
Artikolu 4: X’għandi nagħmel?
Il-parteċipanti huma mitluba li jieħdu ritratt li juri x’ifisser l-ewro għalihom. Il-parteċipanti jistgħu jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom meta jinterpretaw it-tema tal-kompetizzjoni.
Biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni:
- L-ewwel imla l-formola ta’ reġistrazzjoni onlajn (ser tissottometti r-ritratt tiegħek aktar tard);
- La darba r-ritratt tiegħek ikun lest biex jintbagħat, imla l-formola għall-preżentazzjoni tax-xogћol fuq il-websajt tal-Kompetizzjoni;
- Ibgħat ir-ritratt tiegħek u l-formola għall-preżentazzjoni tax-xogћol mimlija b’emejl jew bil-posta lill-Koordinatur Nazzjonali (kif imsemmi f’Artikolu 1) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu, 2010.
Il-ħtiġijiet għar-ritratt huma kif ġej:
4.1. Ir-ritratti jistgħu jkunu bil-kulur jew bl-iswed u l-abjad u meħuda b'kamera tal-film jew diġitali. Ir-ritratti jistgħu jiġu editjati mill-parteċipant. Dan jinkludi aġġustamenti fil-kulur jew kompożizzjoni, montage, collage, irtokk mill-ġdid, aktar iffokar u korrezzjoni tal-valur tal-kulur.
4.2 Ir-ritratti jistgħu jiġu sottomessi b’mod diġitali jew fuq il-karta. Ir-ritratti diġitali għandhom iridu jiġu sottomessi b’emejl lill-indirizz elettroniku malta@euroinphoto.eu fil-format li ġej:
- 4.961 x 3.508 pixels f'300 dpi jew 20.671 x 14.617 pixels f'72 dpi fil-formati komuni kollha tar-ritratti (bħal jpg, tif, png.) L-emejl trid tkun iżgħar minn 10 Megabytes.
- Kopji stampati (fuq karta) għandhom jintbagħtu lill-koordinatur nazzjonali, SOUND PUBLIC RELATION SRL, f’format A3 (vertikali jew orizzontali) - 29.7 ċm × 42 ċm.ċ
4.3 Il-kontribuzzjonijiet għandu jkollhom titlu u għandhom jinkludu nota żgħira ta’ spjega li jkun fiha massimu ta’ 150 karattru. Il-parteċipanti jridu jimlew il-kaxxi relatati fil-formola ta’ sottomissjoni.
4.4 Ir-ritratti kollha għandhom ikunu oriġinali. L-ebda materjal kopert bi dritt tal-awtur ma jista’ jintuża fis-sottomissjonijiet.
4.5 Inti trid tkun kapaċi tikseb kunsens bil-miktub jekk ser tieħu ritratt ta’ persuna.
4.6 Kull tim jista’ jissottometti ritratt wieħed biss.
4.7 Ir-ritratti tar-rebbieħa Ewropej jistgħu jintużaw għall-kampanji Ewropej futuri dwar l-ewro jew l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU).
Artikolu 5: Kif jintlaqtu d-drittijiet tal-awtur u l-proprjetà intellettwali?
Ix-xogħol finali għandu jsir għall-iskop uniku tal-kompetizzjoni. Il-parteċipanti għandhom ikunu responsabbli b’mod sħiħ tax-xogħlijiet tagħhom. Il-parteċipanti rebbieħa għandhom jiftehmu li jittrasferixxu d-drittijiet mhux esklussivi ta’ distribuzzjoni u riproduzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea bla ebda ħlas. Il-Kummissjoni Ewropea għalhekk tkun intitolata li tuża, tirriproduċi, tadatta, tippubblika u tqassam ix-xogħlijiet rebbieħa skont id-diskrezzjoni sħiħa tagħha. Aħna nirrispettaw l-appartenenza tad-dritt ta’ awtur tal-immaġni kollha sottomessi, li jibqa’ tal-fotografu. Aħna nirrispettaw ukoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi nżidu l-frażi “Design by” (Disinn minn) bl-isem tal-fotografu rebbieħ b’tipi żgħar f’post xieraq fir-riproduzzjonijiet rispettivi. Ix-xogħlijiet ma jintbagħtux lura. Xogħolijiet mhux rebbieħa ma jintbgħatux lura.
Artikolu 6: Kif ser jintgħażlu r-rebbieħa?
6.1 Ix-xogħlijiet ser jintgħażlu minn ġurija magħmula minn seba’ persuni: rappreżentant tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, rappreżentant ta’ Direttorat-Ġenerali ieħor tal-Kummissjoni Ewropea, rappreżentant ta’ ministeru nazzjonali, espert fil-komunikazzjoni, għalliem/a, fotografu/a u persuna żagħżugħa involuta attivament f'organizzazzjoni taż-żgħażagħ.
6.2 Ir-ritratti jiġu ġġudikati skont ir-rilevanza għas-suġġett mogħti, l-oriġinalità ta' espressjoni, l-impatt viżwali u l-valur estetiku tar-ritratt.
6.3 Ser ikun hemm 27 tim nazzjonali rebbieħa. Mis-27 rebbieħ, jintgħażlu 7 timijiet rebbieħa tal-UE. Mis-7 timijiet rebbieħa tal-UE, it-tim bl-aħjar skor jirċievi l-ewwel premju. Is-7 timijiet kollha jiġu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni fi Brussell.
Artikolu 7: Meta ser jintgħażlu r-rebbieħa?
It-timijiet rebbieħa ser jintgħażlu f’April 2010. Ir-rebbieħa kollha jiġu kkuntattjati personalment u r-ritratti tar-rebbieħa nazzjonali jintwerew fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istat Membru kkonċernat u fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.
Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni għas-7 timijiet rebbieħa tal-UE ser issir fi Brussell f’Mejju 2010.
Artikolu 8: X’inhuma l-premjijiet?
Il-membri kollha tas-27 tim rebbieħ nazzjonali ser jirċievu Pen Drive - tabella żgħira grafika professjonali ta’ 30.7 ċm (12”) għat-tpinġija, skeċċjar, disinn industrijali, editjar tar-ritratti jew l-iddisinnjar ta' webpage.
Is-7 timijiet rebbieħa tal-UE ser ikunu mistiedna għall-vjaġġ fi Brussell f’Mejju 2010 biex jiskopru dak li għandha x’toffri l-belt, inklużi l-istituzzjonijiet Ewropej, u sabiex jattendu ċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni. Għal kull wieħed minn dawn is-seba’ timijiet, ikunu pprovduti l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għal tliet żgħażagħ u persuna adulta li takkumpanjahom. Ir-ritratti tar-rebbieħa nazzjonali ser jintwerew fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istat Membru kkonċernat u fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.
Kull wieħed mill-parteċipanti mit-tim bl-aħjar skor mis-7 timijiet rebbieħa tal-UE ser jingħata l-ewwel premju li jikkonsisti f’kamera Nikon D3000 Digital SLR, b’Kit ta’ Lenti 18-55 mm VR, Sigma zoom 70-300, 4gb card u basket.
Artikolu 9: Responsabbiltà
L-organizzaturi ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-kanċelliment, posponiment jew modifikazzjoni tal-kompetizzjoni minħabba ċirkustanzi mhux previsti, u lanqas m’għandhom jinżammu responsabbli għal xi serq, telf, dewmien jew ħsara matul it-trasport tar-ritratti. Barra dan, id-data msemmija f’Artikoli 3 u 7 jistgħu jinbidlu minħabba raġunijiet organizzattivi jew ċirkustanzi mhux previsti. F’każi bħal dawn, il-parteċipanti għandhom ikunu mgħarrfa malajr kemm jista’ jkun (għalhekk il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun).
Artikolu 10: Aċċettazzjoni tar-regoli
Parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandha timplika aċċettazzjoni sħiħa ta’ dawn ir-regoli.
Artikolu 11: Protezzjoni tad-Dejta
Dan huwa avviż importanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.
